Is-Sibt 13 ta' April se tittella' l-attività Ħarstek Vjola Tkanta, serata mużiko-letterarja f'ġieħ Oliver Friggieri. Matulha se jindaqqu għall-ewwel darba disa' poeżiji ta' Oliver Friggieri li ġew immużikati minn Tano Monseigneur. Se jinqraw ukoll xogħlijiet ġodda ta' kittieba emerġenti ispirati mill-istess poeżiji ta' Friggieri jew li jiddjalogaw magħhom.
Din l-attività qed tittella' mill-Fondazzjoni tal-Ġiżwiti f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti – Università, u hija parti mis-sensiela Music & More at the Jesuits. Tibda fis-7:30pm u se ssir fl-oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt.
Agħfas fuq ir-ritratt għal tagħrif ieħor. |