Mill-21 sal-24 ta' Mejju, id-Dipartiment tal-Malti, id-Dipartiment tal-Lingwi u l-Kulturi tal-Lvant Nofsani u l-Asja, u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwi organizzaw il-ħmistax-il edizzjoni tal-konferenza tal-AIDA, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Djaletti tal-Għarbi, li twaqqfet f'Pariġi fl-1992 bl-għan li tippromwovi d-djaletti Għarab u r-riċerka dwarhom. Kull sentejn issir konferenza, u din is-sena saret l-Università ta' Malta, fil-binja tal-Belt Valletta, bis-sehem ta' aktar minn 170 ruħ, bejn studjużi, studenti u riċerkaturi minn madwar id-dinja. Il-konferenza, li kien fiha 83 preżentazzjoni orali u 11-il poster akkademiku, ittellgħet bil-ħidma tal-Prof. Michael Spagnol, il-Prof. Ray Fabri, Dr Kurstin Gatt, Raffaello Bezzina u Michela Vella. Id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jirringrazzja lil numru ta' studenti li taw sehemhom fl-organizzazzjoni tal-konferenza.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tara oħrajn.
|