Fil-bidu ta' Ġunju wħud mil-letturi tad-Dipartiment tal-Malti laqgħu l-istedina ta' Dr Joan Abela, lettriċi fid-Dipartiment tal-Istorja u l-President tal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili, u żaru l-Arkivji tan-Nutara, il-Belt Valletta. Minbarra l-Kantilena, l-eqdem kitba bil-Malti, raw għadd ta' dokumenti oħra; iltaqgħu ma' bosta professjonisti u voluntiera; u semgħu dwar il-konservazzjoni tal-parċmina u l-karta, l-arti u s-sengħa tal-legatura, u d-diġitalizzazzjoni tar-reġistri u d-dokumenti. Dr Olvin Vella, membru tad-Dipartiment, ilu s-snin jikkollabora ma' Dr Abela u mal-Arkivji Notarili. Id-Dipartiment tal-Malti ħerqan biex isaħħaħ din il-kollaborazzjoni permezz ta' inizjattivi u proġetti bi sħab.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tara oħrajn. |