- Ingliż nail
- Grammatika nom mimmat
- Plural msiemer
- Qasam Mastrudaxxa; Skarpan
Definizzjoni
Biċċa metall irqiqa f'forma ċilindrika, aktarx tal-ħadid komuni, b’ponta f’tarf u b’ras ċatta n-naħa l-oħra li meta tissammar, tidħol u torbot l-injam jew partijiet ta' żarbun flimkien, u li tiġi f’diversi qisien differenti. L-aktar daqsijiet komuni huma 1⁄2”, 3/4”, 1”, 1-1/4”, 1-1/2”, 2”, 2-1/2”, 3” u 3-1/2”.