- Ingliż ornamental flag
- Grammatika nom femminili
- Plural bandalori
- Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa
Definizzjoni
Bandiera ta' daqs żgħir u aktarx miżmuma miftuħa fin-nofs ta' lasta li tinżamm fl-id waqt purċissjoni reliġjuża. Il-Ġirbin jirreferu għaliha bħala 'Is-Seba' Kelmiet' peress li fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, jintużaw il-bandalori 'tas-Seba' Kelmiet' biss.
