|
It-tieni workshop dwar ir-riżorsi diġitali għall-Malti tellajnieh fil-11 ta' Frar b'kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u l-Malta Centre. Diversi parteċipanti tkellmu dwar l-għodod li qed jiżviluppaw biex il-Malti jkompli jinfirex fl-oqsma tat-teknoloġija diġitali u l-intelliġenza artifiċjali. Saru preżentazzjonijiet fuq l-iżvilupp ta' mudelli lingwistiċi kbar (LLM) u korpora differenti, proġetti fuq it-traduzzjoni awtomatika, glossarji terminoloġiċi, mudelli speech-to-text, u oħrajn.
Ritratt ta' James Moffett. |