|
F'għeluq il-ħames snin minn meta ħalliena l-Prof. Oliver Friggieri, l-Għaqda tal-Malti – Università, id-Dipartiment tal-Malti u l-Akkademja tal-Malti ngħaqdu biex ifakkru x-xogħol u l-ħajja tiegħu b'pittura tal-artist Darren Tanti.
L-inawgurazzjoni saret fis-Sala Oliver Friggieri, fil-Melitensia tal-Università, fil-21 ta' Novembru. Saru diskorsi qosra minn Kevin J. Ellul, il-Bibljotekarju tal-Università; Beverly Agius, riċerkatriċi u assistenta librara; l-artist Darren Tanti; u Sara Brincat Friggieri, bint Oliver Friggieri. Nicole Bartolo mexxiet is-serata, Rita Saliba u Elena Vella qraw żewġ poeżiji ta' Friggieri, u l-vjolinista Doriana Vella daqqet xi siltiet Klassiċi.
Agħfas fuq ir-ritratt li ħa Gabriel Borg biex tara oħrajn mill-paġna tal-Għaqda tal-Malti – Università. |