|
Il-manuskritt mitluf tad-dizzjunarju Malti-Ingliż u Ingliż-Malti ta' Salvatore Mamo (1838-1918), li kien mingħalina nqered fit-Tieni Gwerra Dinjija, instab minn Dr Steve Borg ta' Malta Libraries. Issa li ġie diġitalizzat għall-preservazzjoni, se jiġi traskritt u ppubblikat b'kollaborazzjoni bejn Malta Libraries u l-Università ta' Malta. Il-manuskritt ta' aktar minn 1,800 paġna nstab f'kollezzjoni privata ma' ittra li tikkonferma li hu xogħol Mamo. X'aktarx inħadem bejn l-1885 u l-1918, u huwa verżjoni mkabbra tad-dizzjunarju żgħir ta' Mamo tal-1885.
Il-proġett, immexxi mis-Sur Dwayne Ellul u Dr Olvin Vella mid-Dipartiment tal-Malti, għandu l-għan li jagħmel dan ix-xogħol disponibbli għar-riċerkaturi u l-pubbliku.
Ritratt ta' James Moffett. Agħfas fuqu biex taqra l-artiklu li deher fi Newspoint. |