|
Fit-18 ta' Jannar uħud mill-istudenti li qed jagħmlu Masters jew Dottorat iltaqgħu ċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK) għal seminar informattiv li kien maqsum f'żewġ partijiet. Fl-ewwel parti Kirsty Azzopardi, membru tad-Dipartiment, iddiskutiet kif l-Intelliġenza Artifiċjali tista' tgħinna fir-riċerka. Fit-tieni parti l-ġurnalist Mark Laurence Zammit tkellem fuq modi differenti kif tippreżenta l-qofol ta' studju lill-pubbliku.
Dan is-seminar ittella' bħala parti mis-sensiela Appuntamenti mar-Riċerka li tlaqqa' lill-istudenti postgradwatorji ma' aspetti differenti tar-riċerka akkademika u tagħtihom l-opportunità jiddiskutu xogħolhom ma' xulxin, mal-letturi, u ma' nies minn oqsma differenti.
|