|
Id-disa' konferenza tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija (GĦILM) saret fis-16 u s-17 ta' Settembru 2025 il-Ġermanja, u kellha t-tema "Rooting for Maltese." Il-konferenza laqqgħet aktar minn 30 riċerkatur u riċerkatriċi minn diversi pajjiżi fosthom Malta, il-Ġermanja, Franza, is-Slovakkja, l-Istati Uniti, u ċ-Ċina.
Il-programm inkluda 21 preżentazzjoni u fetaħ b'taħdita mill-kelliema mistiedna Dr Jessica Nieder dwar "The State of Maltese Linguistic Research." Il-preżentazzjonijiet koprew diversi oqsma tar-riċerka lingwistika bħall-morfoloġija, il-fonetika u l-fonoloġija, is-sintassi, u s-soċjolingwistika.
Il-konferenza kienet ikkordinata minn Ruben van de Vijver mill-Heinrich-Heine-Universität Düsseldorf b'kollaborazzjoni mal-Malta Centre, irrappreżentat minn Raffaello Bezzina, Michela Vella, u Maike Vorholt. L-għaxar konferenza se ssir Malta fl-2027.
Agħfas fuq ir-ritratt għal tagħrif ieħor. |