|
Din is-sena l-Konferenza Dun Karm se tieħu l-forma ta' tliet diskorsi qosra dwar il-poeta nazzjonali minn perspettivi differenti.
Il-Prof. Dominic Fenech se jitkellem fuq il-perjodu bejn iż-żewġ gwerer dinjija bħala żmien ta' tibdil u qawmien politiku u kulturali li jixħet dawl fuq il-poeżija ta' Dun Karm. Dr Simone Azzopardi se tesplora kif il-poeta jirrappreżenta lill-mara u l-ideal femminili fid-dawl tal-kuntest kolonjali u soċjali ta' żmienu filwaqt li l-Prof. Immanuel Mifsud se janalizza kif il-poeżija ta' Dun Karm, speċjalment dik politika, toħloq diskors ta' distinzjoni bejn "jien" u "l-ieħor."
Il-konferenza se ssir l-Erbgħa li ġej, 5 ta' Novembru 2025, fis-Sala Erin Serracino Inglott (LT1), l-Università ta' Malta. Tibda fis-6:30 PM u wara jkun hemm riċeviment żgħir.
Hawn tista' tara ritratti mill-aħħar konferenza dwar l-ewwel rumanziera, Concetta Brincat, imtellgħa mid-Dipartiment tal-Malti fil-15 ta' Ottubru 2025. |