|
Dan l-aħħar ikkwalifikaw 42 persuna oħra biċ-Ċertifikat Universitarju fil-Qari tal-Provi bil-Malti. Fost il-qarrejja tal-provi l-ġodda hemm edukaturi, xandara, uffiċjali tal-komunikazzjoni f'entitajiet tal-gvern, tradutturi mill-istituzzjonijiet Ewropej, uffiċjali tal-kunsilli lokali, u ħaddiema oħra mis-settur privat. Minn meta fetaħ fl-2006, dan il-kors b'kollox temmewh b'suċċess 772 ruħ.
Dan il-kors ta' sena part-time (MQF 5) hu organizzat mid-Dipartiment tal-Malti bis-sehem tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. L-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss miftuħin u tista' tapplika sat-30 ta' Jannar fis-2 PM mis-sit tal-Università. Il-lezzjonijiet isiru online u l-eżamijiet isiru fil-klassi. Kompli aqra dwaru minn hawn.
Ritratt meħud minn Stephen Buhagiar. Agħfas fuqu biex tara l-ktejjeb tal-kors. |