|
Id-Dipartiment tal-Malti, l-Akkademja tal-Malti u l-Għaqda tal-Malti – Università qed jorganizzaw konferenza dwar l-awtriċi Mary Meylak u x-xogħlijiet tagħha.
Se ssir is-Sibt 7 ta' Marzu, fid-9:00 AM, l-Aula Prima, l-Università l-Qadima. Il-kelliema huma Beverly Agius, Olivia Borg, Anthea Enriquez, Maria Frendo, Immanuel Mifsud, u Nathan Anthony Pace. Wara l-preżentazzjonijiet tal-kelliema, tliet poeżiji ta' Meylak li ġew immużikati minn Tano Monsigneur se jiġu interpretati mill-kor Vox Dulcis, immexxi minn John Anthony Fsadni.
Din il-konferenza miftuħa għall-akkademiċi, l-istudenti, u l-pubbliku ġenerali. Id-dħul bla ħlas. Irreġistra minn hawn.
Agħfas fuq il-poster għal tagħrif ieħor aġġornat. |