|
Fis-6 ta' Marzu ltqajna ma' xi studenti tal-Malti fl-Iskola Postsekondarja Mikelanġ Refalo t'Għawdex. Is-Sa Kirsty Azzopardi kellmet lill-istudenti dwar l-impenn tad-Dipartiment għat-tagħlim u r-riċerka, il-korsijiet, u l-firxa ta' karrieri li jaqbdu dawk li jistudjaw il-Malti. Luke Refalo, f'isem l-Għaqda tal-Malti – Università, laqqa' lill-istudenti mal-ħidma tal-Għaqda – minn attivitajiet għall-istudenti u l-pubbliku sa pubblikazzjonijiet bħal Leħen il-Malti. Magħna kien hemm ukoll Haley Xuereb, waħda mill-fundaturi tal-ġurnal letterarju Mgħawġin li qed tistudja l-Liġi u li tkellmet dwar l-importanza tal-Malti f'dan il-qasam. L-istudenti li kienu preżenti ngħataw xi kopji ta' Riċerkaturi u kopja tal-aħħar ħarġa ta' Leħen il-Malti. |