|
F'għeluq sena mill-inklużjoni tal-Kantilena fir-Reġistru tal-Memorja tad-Dinja tal-UNESCO, Dr Olvin Vella għamel taħdita bl-isem "Ejja Nagħmlu Festa bil-Kantilena." It-taħdita saret bi sħab mal-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili (NAF) fl-Arkivju tar-Reġistri Nutarili, fi Triq San Pawl, il-Belt.
Dr Vella mexa pass pass mal-versi tal-Kantilena u indirizza għadd ta' aspetti marbuta mal-kuntest storiku u lingwistiku, bħall-ħajja politika fil-Medjuevu, il-bidliet fit-tifsira tal-kliem tagħha, u d-differenzi fil-ħoss tal-lingwa meta mqabbla ma' tal-lum. Enfasizza li, mindu nstabet fl-1966, ħadu interess fiha numru ta' akkademiċi u riċerkaturi, u għad hemm lok għal aktar studju.
Ritratt ta' Massimo Denaro mill-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili. Dr Joan Abela, il-President tan-NAF, qed tagħti kwadru b'kopja tal-Kantilena fuq karta fotografika lil Dr Olvin Vella. Agħfas fuq ir-ritratt biex tara oħrajn. |