|
Fid-19 ta’ Ġunju nedejna proġett ambizzjuż għall-ilsien Malti: Dizzjunarju.mt, id-dizzjunarju nazzjonali tal-Malti fuq l-internet. Il-Malti se jkollu dizzjunarju diġitali, miftuħ u bla ħlas, maħsub għal min jikteb, jaqra, jittraduċi, jgħallem jew jitgħallem il-Malti.
Bis-saħħa ta' esperti mill-oqsma tal-lessikografija, il-lingwistika, il-lingwistika tal-korpus, u t-teknoloġija tal-informatika, qed jinbena dizzjunarju li jagħti d-definizzjoni bil-Malti, l-ekwivalenti bl-Ingliż, tagħrif grammatikali u gwida għat-tlissin, eżempji bbażati fuq l-użu naturali tal-lingwa, l-idjomi u l-frażijiet, u n-nisel tal-kliem.
L-edituri ġenerali huma l-Prof. Michael Spagnol u s-Sur Dwayne Ellul. Dan il-proġett qed isir mid-Dipartiment tal-Malti bl-għajnuna ta' Sketch Engine, Lexical Computing, Dictionary Express, RIDT, Times of Malta, u Malta Daily.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tara oħrajn.
|