'Mejju Ġie bil-Ward u Żahar' ta' Giovan Francesco Buonamico nkitbet għall-ħabta tal-1670 u hija t-tieni l-eqdem poeżija bil-Malti. Minkejja li kiteb għadd ta' poeżiji bil-Latin, bit-Taljan u bil-Franċiż, jidher li din il-poeżija li tfaħħar lill-Gran Mastru Cotoner hija l-unika waħda li kiteb bi lsienna. Il-poeżija oriġinali għosfrot mill-manuskritt li kienet fih, imma saru żewġ kopji tagħha: waħda minn Agius De Soldanis u oħra minn Agostino Levanzin. F'intervista li kienet saret minn Nikol Baldacchino, Dr Olvin Vella jaqra din il-poeżija u jsemmi li filwaqt li kemm De Soldanis kif ukoll Levanzin jgħidu li mxew fedelment mal-oriġinal, bejn l-erba' kwartini taż-żewġ verżjonijiet hemm 66 differenza.
Agħfas fuq l-istampa biex tisma' l-intervista li kienet saret fuq Radju RTK. |