Nhar it-Tlieta 31 ta' Ottubru, id-Dipartiment tal-Malti se jorganizza l-Konferenza Dun Karm. Dwayne Ellul se jitfa' dawl fuq faċċata sikwit minsija tal-figura kumplessa ta' Mons. C. Psaila: il-ħidma tiegħu fuq id-Dizzjunarju Ingliż u Malti, magħruf l-aktar bħala d-dizzjunarju ta' Dun Karm. It-taħdita se tiffoka fuq tliet oqsma ewlenin: l-istorja tad-Dizzjunarju Ingliż u Malti; il-filosofija ta' Psaila dwar il-lingwa u l-lessikografija; u l-analiżi ta' aspetti mid-Dizzjunarju li kienu nnutaw il-kritiċi.
Din it-taħdita se ssir fis-Sala Francis Ebejer (Lecture Theatre 2) u tibda fis-6pm. Wara t-taħdita se jkun hemm riċeviment żgħir u titqassam kopja tal-ktejjeb tal-aħħar taħdita li kienet saret f'din is-serje ta' taħditiet organizzati mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università u l-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar.
Agħfas fuq l-istampa għal tagħrif ieħor. |