Novembru 2021 Araha online
Malti Is-sit tar-riċerka tad-Dipartiment tal-Malti
Isma' intervista ma' Oliver Friggieri

F'għeluq is-sena mill-mewt tal-Professur Oliver Friggieri (Novembru 2020), qed naqsmu magħkom din l-intervista li saret fl-2019. Fiha Oliver Friggieri jitkellem ma' Sephora Francalanza dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb. Fost l-oħrajn jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb, u xi xkiel iltaqa' miegħu matul iż-żmien. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq kif tvarja l-kitba tiegħu minn ġeneru għal ieħor, fuq it-tifsira vera tal-poeżija, u fuq kif l-iżviluppi fil-pajjiż jaffettwaw lill-kittieba.

Biex tara l-filmat tal-intervista agħfas fuq ir-ritratt.

Aktar intervisti
Il-Prof. Manwel Mifsud jirbaħ 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti'

Il-Professur Manwel Mifsud huwa r-rebbieħ tal-midalja tad-deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għal din is-sena. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti u għal-letteratura Maltija. Il-Prof. Mifsud ilu membru tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università mill-1988 meta sar lettur tal-post fil-qasam tal-Lingwistika. Fost l-oħrajn kien il-Kap tad-Dipartiment mis-sena 2004 sal-2011, u ilu jorganizza u jmexxi l-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-2006. 

Biex tara l-filmat taċ-ċerimonja agħfas fuq ir-ritratt.

Il-profil tal-Prof. Mifsud
Qari ta’ poeżiji ta’ Dun Karm Psaila

F'għeluq il-150 sena mill-mewt ta' Dun Karm (Ottubru 2021), id-Dipartiment tal-Malti stieden lill-poeti Leanne Ellul, Claudia Gauci, Adrian Grima, u Immanuel Mifsud jaqraw poeżija ta' Dun Karm u jikkummentaw dwar l-għażla tagħhom. Il-filmati nġibdu fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università taħt id-direzzjoni ta' Luke Borg. Barra minn hekk, il-poetessa Messikana li tgħix Glasgow Juana Adcock qrat żewġ poeżiji ta' Dun Karm, waħda tradotta għall-Ingliż u l-oħra għall-Ispanjol. 

Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-filmat ta' Leanne Ellul taqra l-poeżija "Mewt".

Il-filmati kollha
Taħdita ta' Vincent Galea dwar it-tradizzjonijiet tal-Milied

Il-festa tal-Milied hija waħda mill-akbar festi ċċelebrati f’pajjiżna. Tant hu hekk li mal-mixja taż-żmien intrabtu magħha għadd ta’ drawwiet u ċelebrazzjonijiet li jinfirxu fuq numru ta' ġranet. Din it-taħdita se tiffoka fuq l-ismijiet ta’ diversi tradizzjonijiet reliġjużi u soċjali li, għalkemm mhumiex kollha lokali, flimkien jagħmlu l-Milied Malti differenti minn dak ta’ pajjiżi oħra.

Din l-attività, li se ssir online nhar is-6 ta' Diċembru 2021 fis-6:00pm, hi parti minn sensiela ta' taħditiet organizzati mill-membri tal-proġett tat-Tradizzjoni Orali.


Id-Dipartiment tal-Malti, Il-Fakultà tal-Arti, L-Università ta’ Malta, L-Imsida MSD 2080, Malta
Ibdel is-sħubija    |    Araha online

Jekk ma tixtieqx tisma' aktar b'aħbarna, waqqaf is-sħubija