Din it-taqsima fiha ġabra ta' intervisti mal-kittieba ewlenin ta' żmienna. Dan il-proġett, li hu kkoordinat mill-Prof. Adrian Grima, il-Prof. Michael Spagnol, Joe Borg u Ann Marie Schembri bis-sehem ta' Sephora Francalanza u Bernice Magro, hu inizjattiva tad-Dipartiment tal-Malti bi sħab mal-Akkademja tal-Malti. Ħajr lil Graziella Ellul u lil Maria Bellia.
This page contains interviews with prominent writers of our time. This project, which is coordinated by Prof. Adrian Grima, Prof. Michael Spagnol, Joe Borg and Ann Marie Schembri as well as Sephora Francalanza and Bernice Magro, is a joint initiative of the Department of Maltese and the Akkademja tal-Malti. Credit to Graziella Ellul and Maria Bellia.
Oreste Calleja (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Maria Grech Ganado (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistata minn Bernice Magro
Oliver Friggieri (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Lilian Sciberras (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistata minn Sephora Francalanza
Ġorġ Peresso (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Trevor Zahra (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Paul P Borg (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Bernice Magro
Rena Balzan (2020), Intervisti mal-Awturi, Intervistata minn Sephora Francalanza
Philip Sciberras (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Bernice Magro
Victor Fenech (2019), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Albert Marshall (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Albert Marshall jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Jistqarr xi tfisser l-arti għalih, kemm bħala poeta, kif ukoll fil-karigi għoljin li kien u għadu jokkupa fis-settur, u jitkellem anke fuq l-esperjenzi tiegħu fit-teatru. Marshall iqerr ukoll dwar it-timbru li ħallew fuqu ċerti esperjenzi li ġarrab f'ħajtu, u kif dawn infilsaw ruħhom f'kitbietu.
Carmel G. Cauchi (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistata minn Bernice Magro
Carmel G. Cauchi jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu minn meta beda jikteb sal-lum. Din l-intervista tixħet dawl fuq il-ħiliet li wieħed għandu jkollu meta jiġi biex jikteb kitba għat-tfal u tittratta wkoll suġġetti li mhumiex tant assoċjati ma' qarrejja żgħar. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq l-irwol tal-umoriżmu u l-elementi awtobijografiċi fil-kitbiet tiegħu.
Ġorġ Borg (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Bernice Magro
Ġorġ Borg jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu minn meta beda jikteb sal-lum. Din l-intervista tiffoka fuq diversi ħiliet marbutin mal-kitba fosthom l-awtoċensura, it-traduzzjoni, primarjament fil-ktieb tiegħu Il-Farm tal-Annimali, kif ukoll il-konċiżjoni, teknika assoċjata ħafna mal-poeżiji ta' Borg.
Charles Coleiro (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Charles Coleiro jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju, bħala l-ewwel President tal-Moviment, sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq kif l-esperjenzi professjonali tiegħu fil-qasam tal-kultura u t-turiżmu u fuq il-mezzi tax-xandir għenu biex jagħġnuh fil-poeta u kittieb li hu llum.
Joe Friggieri (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Joe Friggieri jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Friggieri jgħarbel l-irwol tal-filosofija f'ħajtu u kif dan affettwa l-mixja letterarja tiegħu, kemm fil-poeżija, kif ukoll fil-kitbiet teatrali tiegħu.
Alfred Sant (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Alfred Sant jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu minn meta beda jikteb sal-lum. Din l-intervista tixħet dawl fuq il-fehmiet ta' Sant dwar l-arti u l-letteratura huwa u jistħarreġ xi tfisser għalih il-kitba tal-proża u t-teatru. Huwa jispjega l-irwol li kellha l-kitba f'ħajja ddominata mill-irwoli politiċi li okkupa tul is-snin.
Salv Sammut (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Salv Sammut jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu minn meta beda jikteb sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq l-importanza tal-kitba f'ħajjet Sammut, u anke kif il-karigi professjonali tiegħu ntisġu ma' kitbietu.
Charles Casha (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Sephora Francalanza
Charles Casha jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju sal-lum. Din l-intervista tiffoka wkoll fuq kif elementi bijografiċi, speċjalment it-tifkiriet tat-tfulija, għandhom irwol essenzjali fil-proċess ta' kitba ta' dan l-awtur. Huwa jispjega kif inħoloq il-karattru sinonimu miegħu Fra Mudest, u għaliex dan il-karattru jibqa' tant maħbub mill-Maltin.
Charles Flores (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistat minn Bernice Magro
Charles Flores jitkellem dwar l-iżvilupp tiegħu bħala kittieb, jiddiskuti kif u għaliex beda jikteb u xi xkiel iltaqa' miegħu mill-Moviment Qawmien Letterarju, bħala Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi, sal-lum. Din l-intervista tixħet dawl fuq il-kitba letterarja vis-à-vis il-ġurnaliżmu u kif dan tal-aħħar kellu rwol importanti fil-kitbiet letterarji ta' Flores. Naraw ukoll kif l-awtobijografija hija element essenzjali fil-kitba ta' dan l-awtur li jinkorpora fil-kitba dak li jkun għaddej madwaru, mhux biss mil-lat soċjali iżda anke mil-lat lingwistiku.
Lina Brockdorff (2021), Intervisti mal-Awturi, Intervistata minn Bernice Magro
Lina Brockdorff titkellem dwar l-iżvilupp tagħha bħala kittieba, tiddiskuti kif u għaliex bdiet tikteb u xi xkiel iltaqgħet miegħu minn meta bdiet tikteb sal-lum. Din l-intervista tiffoka fuq il-kitba ta' ġeneri differenti fosthom ir-rumanz, il-poeżija u n-novella, ġeneri li kollha esperimentat bihom l-awtriċi. Nagħtu ħarsa wkoll lejn il-kunċett tal-awtobijografija, it-teknika li wieħed għandu jkollu meta jikteb radjudramm u l-importanza li wieħed iżomm l-udjenza f'moħħu hu u jikteb.