Definizzjoni
Il-persuna li tniegħel liż-żiemel u teħodlu ħsieb id-dwiefer billi taqtagħhomlu regolarment u tara li huma bbilanċjati fid-daqs tagħhom. In-nagħal irid ikollu ċertu ħiliet bħal ta’ ħaddied, l-aktar meta jiġi biex jirranġa xi nagħla għall-qies ta’ difer iż-żiemel.