Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Meta Jimrad il-Moħħ
Pubblikazzjoni:
Malta: Gulf Publishing Ltd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Psikoloġija, mard mentali/tal-moħħ, kundizzjonijiet mentali/tal-moħħ | 1-101 | Saħħa u Mediċina | It-termini jinsabu fi ħdan il-kitba tat-test. |
Il-Kura: Id-Dwejjaq Bla Kawża, il-Pont tas-Suwiċijdju, Wara l-Ħlas, il-Kalmanti, id-Drogi
Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Psikoloġija, mard mentali/tal-moħħ, kundizzjonijiet mentali/tal-moħħ, kura | 1-81 | Saħħa u Mediċina | It-termini jinsabu fi ħdan il-kitba tat-test. |
Taħbil il-Moħħ
Pubblikazzjoni:
Malta: Miranda Publishers
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Lingwa, anagrammi bil-Malti | 10-31 | Lingwa U letteratura | Lista alfabetika. |
| Lingwa, polisemija bil-Malti | 34-62 | Lingwa U letteratura | Lista alfabetika taʼ kliem li għandu iktar minn tifsira waħda. |
Il-Kaċċa: Tagħrif Prattiku għall-Kaċċatur
Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Din il-pubblikazzjoni tikkonsisti minn manwal prattiku għall-kaċċaturi. Għad li mhijiex riżorsa bʼsaħħitha mil-lat terminoloġiku, fiha hemm xi termini relevanti dwar il-qasam li taʼ min wieħed jinnotahom.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Senter | 4-6 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, bore | 7-8 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, kanna | 9-15 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, ċipp | 16-23 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, inċiżell | 24-25 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, trigger/grillu | 26-27 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, meta tixtri senter | 28-30 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, skartoċċ | 31-32 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, polvri | 33-35 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, polvri għar-riħ fuq/isfel | 36-37 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, takki | 38-39 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, ċomb, għasafar/tajr | 40-42 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Senter, għaliex id-daqqa | 43 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, kargi barra min-normal | 44-45 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, prova tal-iskrataċ | 46-48 | Kaċċa u Nsib | |
| Għasafar/tajr, gamiema, alwetta, summiena, malvizz | 49-50 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Senter, kif għandek taħżen l-iskrataċ | 51-52 | Kaċċa u Nsib | |
| Kif jixkatta senter, xkattar | 53-54 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, sigurtà | 55-57 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, kif għandek tispara, sparar | 58-61 | Kaċċa u Nsib | |
| Senter, kif tikkalkula d-distanza | 62-63 | Kaċċa u Nsib | |
| Kemm int kaċċatur tajjeb | 64-65 | Kaċċa u Nsib | |
| Kaċċatur, min jolqot kollox | 66-67 | Kaċċa u Nsib | |
| Kaċċatur, taħriġ | 68-71 | Kaċċa u Nsib | |
| Kaċċatur, ilbies | 72-44 | Kaċċa u Nsib | |
| Sigurtà, titħarrikx | 75-76 | Kaċċa u Nsib | |
| Dura | 77-79 | Kaċċa u Nsib | |
| Kelb | 80-81 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għażla tal-kelb/ġeru | 82 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Kif trawwem kelb għall-kaċċa, trawwim | 83-86 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Passa tal-għasafar | 87-90 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Dak xʼgħasfur hu, kif tagħraf għasfur | 91-93 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, summiena | 94-95 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, gamiema | 86-98 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, fenek | 99-100 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, sturnell | 101-102 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, alwetta | 103-104 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, malvizz | 105-107 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, pluviera | 108-109 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, gallina | 110-111 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Għasafar/tajr, borok | 112-114 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | |
| Tindif tas-senter | 115-117 | Kaċċa u Nsib | |
| Serħan tal-ballastri | 118-119 | Kaċċa u Nsib | |
| San Ubertu (656-727) | 120-121 | ||
| Sporting | 122-126 | Kaċċa u Nsib | |
| Xibka tal-barżakka | 127-128 | Kaċċa u Nsib | |
| Liġi, tajr/għasafar, riservi naturali | 129-136 | Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna, Liġi | Tinkludi lista taʼ riservi naturali. |
| Etika | 137-138 | Kaċċa u Nsib, Liġi |
Where to Watch Birds and Other Wildlife in Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar | 72-79 | Flora u Fawna | Lista bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku. |
Flora of the Maltese Islands: An Introduction (Vol 1)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mappa taʼ Malta u Għawdex | 9-12 | Ġeografija | |
| Flora taʼ Malta, pjanti | 585-587 | Flora u Fawna | Indiċi alfabetiku tal-ismijiet tal-pjanti bil-Malti. |
Flora of the Maltese Islands: An Introduction (Vol 2)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora taʼ Malta, pjanti | 621-623 | Flora u Fawna | Indiċi alfabetiku tal-ismijiet tal-pjanti bil-Malti. |
Flora of the Maltese Islands: An Introduction (Vol 3)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora taʼ Malta, pjanti | 401-402 | Flora u Fawna | Indiċi alfabetiku tal-ismijiet tal-pjanti bil-Malti. |
Flora: Gwida
Pubblikazzjoni:
Malta: Il-Majjistral Park taʼ Natura u Storja
Kumment/i ġenerali:
Kitba konċiża bil-Malti, imżejna bʼħafna ritratti sbieħ, li tippreżenta aspetti importanti mill-flora tal-gżejjer Maltin. Għaliha teżisti l-verżjoni Ingliża li jisimha Flora: Field Guide.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora, pjanti selvaġġi Maltin, ġeoloġija tal-gżejjer Maltin, pjanti u ħamrija, klima, adattamenti/addatamenti tal-pjanti għal żmien in-nixfa, kif jagħmlu l-ikel il-pjanti, ambjenti Maltin | 10-12 | Flora u Fawna, Ġeografija, Ġeoloġija | |
| Flora, familji taʼ pjanti | 18 | Flora u Fawna | Lista bl-ismijiet xjentifiċi u Maltin. Tinkludi deskrizzjonijiet tal-familji bil-Malti. |
| Flora, fjuri bojod | 19-27 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri bojod bil-vjola | 28-29 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri bojod bil-kannella | 30 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri bʼħafna kuluri | 31 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri sofor | 32-49 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri ħodor fl-isfar | 50-55 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri sofor u bojod | 56-59 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri oranġjo, ħomor, roża, vjola fl-aħmar jew kannella | 60-84 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri bluni jew vjola fil-blu | 85-97 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri li ma jagħtux fl-għajn | 98-99 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull fjura hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, fjuri li ma jagħtux fl-għajn, siġar u arbuxxelli | 100-103 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull speċi hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora, familja tal-qamħ | 104-108 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż. Għal kull speċi hemm ritratt u deskrizzjoni bil-Malti. |
| Flora taʼ Malta | 111-112 | Flora u Fawna | Glossarju bid-definzzjonijiet bil-Malti. |
L-Istitut taʼ Ħajja Kkonsagrata
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 11)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Istituti, ħajja kkonsagrata | 235-246 | Reliġjon | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Siġar Maltin: Tagħrif, Tnissil, Ħarsien, Għajdut
Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Għal kull siġra li tirreferi għaliha din il-pubblikazzjoni hemm informazzjoni (sottotemi) relatata mal-familja tas-siġra, il-ġeneru u l-ispeċi tagħha, il-firxa tagħha fid-dinja u fʼMalta, l-ambjent naturali fejn tikber, iz-zokk tagħha, il-weraq, il-kon, iż-żerriegħa, l-għeruq, it-tnissil tagħha biż-żerriegħa, it-tnissil bil-biċċa, l-għedewwa tagħha, l-użu, l-agrikultura (ikel u xorb), il-mediċina tradizzjonali, il-kummerċ, it-tisbiħ tal-art biha, il-kultura u r-reliġjon, il-ħarsien nazzjonali, u l-ħarsien internazzjonali. Fʼdan is-sens, termini bil-Malti relatati maʼ dawn l-aspetti huma evidenti. Ukoll, fʼkaxxa ħadra, hemm informazzjoni terminoloġika bil-Latin dwar is-saltna tagħha, it-taqsima, il-klassi, l-ordni, il-familja il-ġeneru, l-ispeċi, u ismijiet qodma. Il-pubblikazzjoni hija mżejna minn għadd taʼ stampi sbieħ. Tikkonsisti wkoll minn ġabra tal-linji gwida, liġijiet nazzjonali u obbligi internazzjonali għall-ħarsien tas-siġar. Tinvolvi wkoll seszzjoni bit-tifsiriet u definizzjonijiet taʼ xi kliem tqil imsemmi tul il-ktieb. Lejn l-aħħar tiegħu, fuq bażi purament lessikali, hemm lista sabiħa taʼ ismijiet bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż trattati fid-dettall tul il-ktieb. Fl-appendiċi tal-aħħar hemm ukoll xi tagħrif ieħor lessikali fʼkategorizzar differenti.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Siġar, għeruq, zokk, weraq, fjuri, żerriegħa, tagħrif ġenerali, ambjenti naturali, xagħri, makkja Mediterranja, masġar, siġar taʼ ħdejn il-ilma, widien, siġar Maltin li jikbru fix-xtut, għaram tar-ramel, imsaġar u ġonna mħawla mill-bniedem | xv-xxv | Flora u Fawna | |
| Zokk taʼ siġra | xvi | Flora u Fawna | Illustrazzjoni. |
| Partijiet taʼ fjura | xx | Flora u Fawna | Illustrazzjoni. |
| Siġar, żnuber | 1-9 | Flora u Fawna | |
| Siġar, żnuber, għant | 4 | Flora u Fawna | Illustrazzjoni. |
| Siġar, għargħar | 10-19 | Flora u Fawna | |
| Siġar, balluta | 20-31 | Flora u Fawna | |
| Siġar, randa | 32-43 | Flora u Fawna | |
| Siġar, ħarruba | 44-65 | Flora u Fawna | |
| Siġar, siġra taʼ Ġuda | 66-73 | Flora u Fawna | |
| Siġar, ġenista safra | 74-81 | Flora u Fawna | |
| Siġar, deru | 82-93 | Flora u Fawna | |
| Siġar, alaternu | 94-101 | Flora u Fawna | |
| Siġar, riħan | 102-115 | Flora u Fawna | |
| Siġar, iż-żebbuġa | 116-133 | Flora u Fawna | |
| Siġar, ġummar safrani | 134-143 | Flora u Fawna | |
| Siġar, linji gwida, regolamenti | 145-166 | Flora u Fawna, Liġi | Linji gwida u regolamenti għall-ħarsien tas-siġar. |
| Siġar | 167-172 | Flora u Fawna | Glossarju bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
| Siġar | 173-178 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
| Siġar imħarsa strettament | 206-207 | Flora u Fawna | Lista bʼmod xjentifku, bil-Malti u bl-Ingliż. |
| Siġar imħarsa fʼżoni magħżula | 208-209 | Flora u Fawna | Lista bʼmod xjentifiku, bil-Malti u bl-Ingliż. |
| Siġar, speċi invażivi, aljeni jew inkompatibbli mal-ambjent | 210 | Flora u Fawna | Lista bʼmod xjentifiku, bil-Malti u bl-Ingliż. |
| Siġar, żoni għall-ħarsien tas-siġar fl-inħawi taʼ Malta, Għawdex u Kemmuna | 211-212 | Flora u Fawna | Mappa. |
Appuntamenti man-Natura
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li taf il-bidu tagħha minn sensiela taʼ programmi mxandrin mit-Tnejn sal-Ġimgħa għal tliet xhur sħaħ fuq Radju Malta 2. Fiha informazzjoni ħelwa u koniża dwar aspetti differenti tal-flora u l-fawna Maltija. Il-pubblikazzjoni tinvolvi wkoll lista taʼ definizzjonijiet taʼ xi kliem tqil li jissemmew, lista tal-ismijiet bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż, xi suġġerimenti taʼ xi kotba oħra xʼtaqra, u ftit informazzjoni dwar l-awturi tagħha. Hija mżejna wkoll minn għadd taʼ ritratti u illustrazzjonijiet tal-istess ħlejjaq.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora u fawna taʼ Malta, pankrazju, siġra tal-ħarrub, granċi, bufula sewda, friefet il-lejl, kamaleonte, nemel, għallet is-serduq, siġra tal-għargħar, qanfud, ballottra, sagħtar, durrajsa, koċċli, friefet, żnuber, orkidi, bies, debba tax-xitan, merill, xewk, widnet il-baħar, bugħarwien, gremxul, siġra tal-ballut, barbaġann, ħnieżer tal-art, lellux, bagħal tal-imrewħa, bebbux tal-art, qabru, pjanti tal-baħar, mazzarell, buttuniera, posidonja, brimba tal-għanqbuta, fenek salvaġġ, fidloqqom, ġarġir, bilbla, ħaxixa Ingliża, siġra taʼ Ġuda, ħalib it-tajr, safsafa, ċistu, berwieq | 11-93 | Flora u Fawna | Kull wieħed minn dawn is-suġġetti huwa trattat ġo taqsima għaliha. |
| Flora u fawna taʼ Malta | 94-95 | Flora u Fawna | Glossarju bi kliem tqil/tekniku, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
| Flora u fawna taʼ Malta | 96-100 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
Discovering Nature in the Maltese Islands
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Din hija l-verżjoni bl-Ingliż tal-pubblikazzjoni Appuntamenti man-Natura tal-1990.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora u fawna taʼ Malta | 97-101 | Flora u Fawna | Lista bl-Ingliż, bʼmod xjentifiku u bil-Malti tal-ispeċi kollha li jissemmew fil-pubblikazzjoni. |
L-Għasafar li Jbejtu fl-Ambjent Naturali tal-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Publishers Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Kif jikteb il-Professur Patrick J. Schembri fid-daħla tal-ktieb, din il-pubblikazzjoni tagħti tagħrif dwar l-ispeċi tal-għasafar li jbejtu fʼpajjiżna kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak tal-firxa tagħhom fl-Ewropa u l-Asja tan-naħa tal-Punent. Wieħed isib ukoll ħarsa fil-bogħod lejn iż-żminijiet taʼ qabel il-wasal tal-bniedem fil-gżejjer tagħna u tagħrif dwar l-għasafar li nstabu hawn. Ukoll, il-ktieb jagħti ħarsa bir-reqqa lejn il-liġijiet tal-ħarsien tal-għasafar (lokali u dawk internazzjonali li magħhom Malta hi msieħba) kif ukoll l-iżvilupp legali dwar das-settur. L-awturi tal-ktieb jagħtu tagħrif xjentifiku u tekniku bil-Malti bʼmod li jinftiehem minn kulħadd, filwaqt li s-Sur Andrew Micallef kompla jagħti l-ħajja lill-ktieb bʼħafna illustrazzjonijiet sbieħ u dettaljati, bil-kulur u bil-pinna. Hija pubblikazzjoni taʼ valur lessikali qawwi, bʼmod speċjali fil-lista alfabetika tal-ispeċi taʼ paġni 425 sa 434. Il-forma Ingliża taʼ din il-pubblikazzjoni hija Breeding Birds of the Maltese Islands: A Scientific and Historical Review (2012) tal-istess awturi u illustratur.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ġeoloġija, perjodi ġeoloġiċi | 9 | Ġeoloġija, Flora u Fawna | Tabella. |
| Għasafar li jbejtu | 11 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Saltna Animalia | 15 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Għasafar, Klassi Aves | 17 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Kordati u vertebrati | 18 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Reġjuni żooġeografiċi | 19 | Ġeografija, Flora u Fawna | Tabella. |
| Ambjent naturali tal-gżejjer Maltin, ġeografija u topografija, steppa, xagħri, makkja, masġar, għaram ramel, nixxigħat tal-ilma ġieri, bwar salmastri, għadajjar tax-xita, irdumijiet, widien, rabaʼ, ambjent urban | 21-34 | Ġeografija, Flora u Fawna | |
| Għasafar li jbejtu fil-gżejjer Maltin | 35-176 | Flora u Fawna | Klassifkazzjoni. |
| Għasafar li kultant ibejtu fil-gżejjer Maltin | 177-272 | Flora u Fawna | Klassifkazzjoni. |
| Għasafar li kienu jbejtu fl-imgħoddi jew li hu maħsub li bejtu fil-gżejjer Maltin | 273-304 | Flora u Fawna | Klassifkazzjoni. |
| Ħarsien tal-għasafar fil-gżejjer Maltin | 305-322 | ||
| Ħarsien tal-għasafar fuq livell internazzjonali | 323-336 | ||
| Għasafar, speċi barranin li daħlu jew li ddaħħlu fil-gżejjer Maltin | 337-344 | Flora u Fawna | |
| Ornitoloġija tal-gżejjer Maltin | 345-358 | ||
| Qattus, ħamiema tal-barr, blonġuni | 359-366 | Flora u Fawna | Din ir-riżorsa tagħmel parti mill-addenda. |
| Għasafar, speċi mħarsa bʼxi mod jew ieħor | 368-372 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Għasafar li jbejtu jew li xi darba bejtu fil-gżejjer Maltin | 373-374 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Għasafar li setgħu/jistgħu jiġu kkaċċjati | 375-376 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Għasafar li setgħu/jistgħu jinqabdu ħajjin | 377-378 | Flora u Fawna | Tabella. |
| Liġijiet għall-ħarsien tal-għasafar (mill-1872 sal-2005) | 381-386 | Tabella. | |
| Għasafar li kienu mħarsa fil-gżejjer Maltin (mill-1883 sal-1980) | 387-393 | Flora u Fawna | Tabella/lista bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
| Postijiet fejn ma tistax issir kaċċa jew tintuża arma tan-nar | 395-399 | Ġeografija, Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna | Tabella. |
| Xʼkienu jgħidu l-liġijiet dwar xi attivitajiet u għodda illegali fil-kaċċa, fl-insib u fil-pussess tal-għasafar | 406 | Tabella. | |
| Staġun magħluq tal-kaċċa | 407 | Tabella. | |
| Staġun magħluq tal-kaċċa u teħid tal-fenek | 407 | Tabella. | |
| Staġun magħluq tal-kaċċa fuq il-baħar | 408 | Tabella. | |
| Staġuni magħluqa għall-insib tal-għasafar, kaċċa | 408 | Tabella. | |
| Għasafar, ħarsien tal-għasafar | 409-410 | Flora u Fawna, Liġi | Glossarju taʼ xi kliem li dehru fir-regolamenti għall-ħarsien tal-għasafar. |
| Għasafar | 412-416 | Flora u Fawna | Glossarju bid-definizzjonijiet. |
| Għasafar u speċi oħra | 425-434 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bil-Latin u bl-Ingliż. |
| Paleartiku tal-Punent | 448-449 | Ġeografija, Flora u Fawna | Mappa. |
Ir-Rettili u l-Amfibji tal-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà għall-Istudju u l-Ħarsien tan-Natura (SSCN)
Kumment/i ġenerali:
Ir-riżorsi jinkludu għadd taʼ illustrazzjonijiet bʼammont sostanzjali taʼ informazzjoni li ssaħħaħ tajjeb l-ispjega dwar il-kunċetti espressi bit-termini. Fit-test tagħhom jinkludu wkoll it-termini Latini.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Rettili u amfibji tal-gżejjer Maltin | 11-15 | Flora u Fawna | |
| Rettili, fkieren | 15-21 | Flora u Fawna | |
| Rettili, gremxul | 22 | Flora u Fawna | |
| Rettili, wiżaʼ | 22-26 | Flora u Fawna | |
| Rettili, kamaleonti | 26-28 | Flora u Fawna | |
| Rettili, gremxul | 28-31 | Flora u Fawna | |
| Rettili, xaħmet l-art | 31-33 | Flora u Fawna | |
| Rettili, sriep | 33-37 | Flora u Fawna | |
| Amfibji, żrinġ u rospa | 38-39 | Flora u Fawna | |
| Fossili | 40 | Flora u Fawna | |
| Rettili u amfibji | 42-43 | Flora u Fawna | Ismijiet taʼ speċi bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |