Dwarna
Din il-paġna tiġbor ir-riċerka li qiegħda ssir fuq id-djaletti ta’ Malta u Għawdex mid-Dipartiment tal-Malti u mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa bl-appoġġ tar-Research Seed Fund tal-Università ta’ Malta. Mill-2017 lil hawn bdiet ħidma fuq tliet saffi ewlenin tad-djaletti tal-Malti: il-varjazzjoni lessikali, il-varjazzjoni fonetika u fonoloġika, u l-varjazzjoni morfosintattika.
Il-proġett hu kkoordinat mill-Prof. Michael Spagnol mid-Dipartiment tal-Malti, u mill-Prof. Ray Fabri u l-Prof. Alexandra Vella mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, bil-għajnuna ta’ għadd ta’ riċerkaturi, fosthom Kirsty Azzopardi, Jean Paul Borg, Fransianne Cutajar, Lorraine Farrugia, Ruben Farrugia, Joseph Charles Galdes, John Paul Grima u Amanda Muscat.
This webpage brings together research being carried out on the Dialects of Malta and Gozo. This research is being conducted by the Department of Maltese and the Institute of Linguistics and Language Technology, and is funded by the Research Seed Fund of the University of Malta. Since 2017, work has been carried out on three main aspects of Maltese dialects, namely lexical variation, phonetic and phonological variation, and morphosyntactic variation.
This project is coordinated by Prof. Michael Spagnol from the Department of Maltese and by Prof. Ray Fabri and Prof. Alexandra Vella from the Institute of Linguistics and Language Technology, with the help of a number of researchers, including Kirsty Azzopardi, Jean Paul Borg, Fransianne Cutajar, Lorraine Farrugia, Ruben Farrugia, Joseph Charles Galdes, John Paul Grima and Amanda Muscat.
Għandek x’tgħidilna?
Ħallilna nota hawn jew fl-indirizz malti.arts@um.edu.mt
L-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija
tal-Lingwa u d-Dipartiment tal-Malti,
L-Università ta' Malta,
L-Imsida