Id-Dipartiment tal-Malti
Id-Dipartiment tal-Malti jaħdem biex iġib ’il quddiem l-istudju tal-ilsien Malti, ta’ ġrajjietu, u tal-letteratura tiegħu, bit-tagħlim u bir-riċerka. Dan jagħmlu f’għadd ta’ korsijiet li jwasslu għall-ksib tal-ewwel grad u ta’ gradi ogħla fil-Malti: B.A., B.A. (Unuri), M.A., M.Phil. u Ph.D. Minbarra l-korsijiet ta' filgħodu, id-Dipartiment tal-Malti joffri żewġ korsijiet ta’ filgħaxija, iċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi fil-Malti, bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, u d-Diploma fil-Letteratura Maltija.
Barra minn hekk, jipprovdi programmi ta’ studju lil studenti minn dipartimenti, fakultajiet u istituti oħra, bħalma huma tal-Komunikazzjoni, tal-Politika Soċjali u l-Ħidma Soċjali, u tal-Mediċina. Jaħdem fit-tagħlim u r-riċerka tal-Malti bħala Lsien Barrani. Fl-aħħar snin żviluppa programmi fl-użu tal-Malti f’oqsma speċjalizzati, bħall-Malti għall-professjonisti mediċi, għall-ħaddiema soċjali, għall-amministraturi pubbliċi u għall-ġurnalisti u x-xandara. B’mod regolari jorganizza korsijiet fi ħdan id-DegreePlus li jkopru temi bħall-ortografija u t-tisħiħ tal-lingwa, il-kitba kreattiva, il-Malti Mediku u l-Malti Legali.
Id-Dipartiment tal-Malti beda fit-tletinijiet tas-seklu għoxrin. Il-Prof. Ġużè Aquilina bena d-dipartiment u fil-bidu ħadem tista’ tgħid waħdu fl-oqsma tal-letteratura u tal-lingwistika. Minn dak iż-żmien inbidlu ħafna l-affarijiet. Illum, għaxar letturi jgħallmu qasam jew ieħor skont l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. U d-Dipartiment tal-Malti sar wieħed mill-ikbar dipartimenti fil-Fakultà tal-Arti. Kull sena akkademika madwar 600 ruħ isegwu korsijiet organizzati mid-Dipartiment dwar il-lingwa u l-letteratura Maltija fil-livell ta’ Ċertifikat, Diploma, Baċellerat, Masters, u Dottorat.
The Department of Maltese within the Faculty of Arts strives towards the advancement of the study of Maltese linguistics, the history of the language, and the critical appreciation of its literature through teaching and research. It offers a number of courses leading to the award of undergraduate and postgraduate degrees in Maltese: B.A., B.A. (Hons), M.A., M.Phil. and Ph.D. Moreover, the Department offers two evening programmes, namely a Proofreading Certificate in Maltese, in collaboration with the National Council for the Maltese Language, and Diploma for Maltese Literature.
The Department also delivers study-units to students in other departments, faculties or institutes, such as students from the Departments of Communication, Social Policy and Social Work, and Medicine. It also supports teaching and research of Maltese as a Foreign Language, and it has recently developed programmes in the use of Maltese in specialised sectors, such as Maltese for medical professionals, for social workers, for public administrators and for journalists and presenters. It also regularly offers courses in the DegreePlus programme, which offer assistance in areas such as spelling and improving the language, creative writing, Medical Maltese and Legal Maltese.
The Department of Maltese was founded in the 1930s. Prof. Ġużè Aquilina founded the Department and in the beginning he worked practically alone in the areas of literature and linguistics. Many things have changed since that time. Nowadays, ten lecturers teach one field or another according to their specialisation. The Department of Maltese became one of the biggest departments in the Faculty of Arts. Every academic year, around 600 students follow courses at Certificate, Diploma, Bachelors, Masters and Doctoral level, organised by the Department on the Maltese language and its literature.
Riċerka
Ir-riċerka li ssir fid-Dipartiment tal-Malti hi varjata sew. Biss biss, id-Dipartiment imexxi disa’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mir-Research Seed Fund tal-Università ta’ Malta fuq temi bħad-djaletti ta’ Malta u Għawdex, it-tradizzjoni orali, it-terminoloġija marbuta ma’ snajja’ tradizzjonali u setturi oħra tal-ħajja, u l-analiżi ta’ manuskritti qodma. Issir ikoll riċerka fuq oqsma tal-grammatika u l-ortografija tal-Malti, tal-kritika u t-teorija letterarja, u tal-Malti fl-informatika, fost l-oħrajn.
Il-letturi flimkien mal-istudenti regolarment jorganizzaw proġetti, seminars u konferenzi fuq l-istorja tal-Malti, ix-xogħlijiet tal-persunaġġi ewlenin li ħadmu b’risq il-Malti, bħal Mikiel Anton Vassalli, Agius De Soldanis, Dun Karm u Juann Mamo. Kull sena jsiru mal-25 teżi tal-Baċellerat u tal-Masters. Il-letturi jippubblikaw artikli u kotba akkademiċi, u jagħmlu taħditiet f’konferenzi f’Malta u barra. Id-Dipartiment b’mod regolari jippubblika r-rivisti akkademiċi, Journal of Maltese Studies u Riċerkaturi.
Research forms a fundamental part of the Department’s key mission. It feeds into our students’ learning experience and actively contributes to the quality of teaching. Through the Research Seed Fund Project it runs nine research projects on various fields, including dialectology, oral tradition, terminology, diachronic studies, grammar and orthography, and literary criticism. The Department organises seminars, workshops and conferences on Maltese linguistics, the history of Maltese, and on the linguistic and literary contribution of scholars such as Mikiel Anton Vassalli, Agius de Soldanis, Dun Karm and Juann Mamo. Around twenty-five B.A. and M.A. dissertations are submitted every academic year. The members of the Department present papers at local and international conferences and publish studies, chapters and books. In addition, the Department regularly publishes the Journal of Maltese Studies and Riċerkaturi, two academic journals.
Kollaborazzjoni
Id-Dipartiment hu attiv ukoll ’il barra mill-Università. Jipparteċipa fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u jikkollabora mad-Direttorat tal-Edukazzjoni fil-bordijiet tal-għażla tal-kotba għall-iskejjel u fit-tmexxija konġunta ta' taħriġ professjonali għall-għalliema li jsir matul is-sena. Il-membri jaħdmu mill-qrib mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università stess, mal-Akkademja tal-Malti, mal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija fil-Ġermanja, mal-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, u ma’ universitajiet barranin bħall-Inalco ta’ Pariġi, l-Università ta’ Bremen u l-Beijing Foreign Studies University.
In its research initiatives, the Department collaborates with entities beyond the University of Malta, including the National Council for the Maltese Language, and the Education Directorate. It is part of the boards responsible for the choice of school books and also participates in the administration of professional training given to teachers during the year. Members collaborate closely with the Institute of Linguistics and Language Technology at the same University, with l-Akkademja tal-Malti (the Academy of Maltese), l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija (the International Association of Maltese Linguistics), as well as European Union entities and other tertiary foreign institutions, such as the Inalco in Paris, the University of Bremen, and the Beijing Foreign Studies University.
L-Għaqda tal-Malti - Università
Id-Dipartiment għandu fi ħdanu l-Għaqda tal-Malti, għaqda studenteska mwaqqfa fl-1931 minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici, żewġ gradwati tal-Mediċina. L-Għaqda tilqa’ fiha studenti u gradwati minn bosta dipartimenti u fakultajiet. Tippubblika r-rivista Leħen il-Malti u torganizza proġetti, festivals, u korsijiet innovattivi, ngħidu aħna fil-kitba kreattiva. Biex tissieħeb fl-Għaqda u għal tagħrif ieħor tista’ tidħol fil-paġna ta' Facebook.
The Department incorporates the Għaqda tal-Malti, a student group founded in 1931 by Rużar Briffa and Ġużè Bonnici, two graduates in Medicine. The Association welcomes students and graduates from a number of departments and faculties. It publishes the journal Leħen il-Malti and organises projects, festivals, and innovative courses, such as creative writing. To enrol in the Association and for any other information visit the Facebook page of the Association.