- Ingliż spindle moulder / tupi
- Grammatika frażi
- Plural spindle moulders
- Varjant tupì
- Qasam Mastrudaxxa
- Ħajr Debattista (2012)
Definizzjoni
Biċċa għodda li tikkonsisti fi blokka (ħadida tonda kbira, ħoxna u tqila) li tintrama fuq xaft imħaddem minn mutur u fuqha jintramaw ix-xfafar biex il-mastrudaxxi jkunu jistgħu jgħaddu d-disinn gula. Jekk ma tintużax kif suppost, tista' tkun perikoluża għal min iħaddimha.