tupì

  • Ingliż tupi / spindle moulder
  • Grammatika nom maskili
  • Plural tupijiet
  • Varjant spindle moulder
  • Qasam Mastrudaxxa

Definizzjoni

Biċċa għodda li tikkonsisti fi blokka (ħadida tonda kbira, ħoxna u tqila) li tintrama fuq xaft imħaddem minn mutur u fuqha jintramaw ix-xfafar biex il-mastrudaxxi jkunu jistgħu jgħaddu d-disinn tal-gula. Jekk ma tintużax kif suppost, tista' tkun perikoluża għal min iħaddimha.