Karga ta’ veru: Riflessjonijiet fuq il-Kaċċa u ż-Żgħażagħ

Il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2022, fis-6:00pm, Yanika Schembri Fava se tintervista lil Jason Zammit dwar “Karga ta’ Veru: Riflessjonijiet fuq il-Kaċċa u ż-Żgħażagħ”. Din l-intervista se ssir mil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u se tintwera diretta fuq Zoom u Facebook.
Din l-intervista hija parti mis-sensiela fuq It-Tradizzjoni Orali organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università u hija miftuħa għal kulħadd. Dan il-proġett qed isir bl-għajnuna tal-Fondi ta’ Riċerka tal-Università ta’ Malta u l-Klabb Kotba Maltin.

Ara Aktar