- Ingliż flea
- Grammatika nom
- Kollettiv qamel
- Plural qamliet
- Qasam Xagħar
Definizzjoni
Parassit li jaqbad mal-qurriegħa u jgħix fuq demm il-bniedem. Meħuda minn 'Bejn kliem u storja'. Dud tar-ras irqiq daqs 2 mm, jista' jirreferi wkoll għall-furrax jew puċpieċ tat-tiġieġ. Fi żmien il-Kavallieri meta l-logħob tal-azzard kien ipprojbit u allura ma setgħux jintużaw dadi taħt piena ħarxa, il-lagħaba ġieli kienu jilagħbu bil-qamel. Dan kien isir billi jpoġġu żewġ qamliet f'ċirku mpinġi fuq mejda jew fl-art, biex issir imħatra dwar liema qamla se toħroġ miċ-ċirku l-ewwel. Il-bajd tal-qamel hu s-subien: "għal sold iqaxxar qamla", tingħad għal bniedem li tant għandu bżonn il-flus, jew tant hu xħiħ, li jagħmel minn kollox biex jaqla' sal-inqas ċenteżmu. Qammiel - bniedem li jħobb ħafna l-flus u jonfoq mill-inqas.