- Ingliż a short low boat
- Grammatika nom femminili
- Plural firilli; ferilli
- Varjant ferilla; dgħajsa tas-sajd (arkajk)
- Qasam Regatta
Definizzjoni
Il-bennejja tal-opri tar-Regatta kienu jsejħulha “dgħajsa tas-sajd”. Fl-għamla tagħha kienet tixbah ħafna lid-dgħajsa tax-xogħol imma iżjed goffa. Mhix ħaġa kbira li tiġrijiet simili bħal dawk li naraw illum, ilhom isiru mindu nħolqot l-ewwel opra tal-baħar, iżda jekk saru, l-opri li kienu jieħdu sehem, u li min jaf x'kienu jsejħulhom l-antenati tagħna, żgur li kienu ħafna eqdem mill-ferilli.