- Ingliż altar candlestick
- Grammatika nom maskili
- Plural gandlieri
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
- Ħajr Raggio (2013)
Definizzjoni
Oġġett wieqaf u tawwali skont id-daqs u l-proporzjon tal-artal li jkun qiegħed armat fuqu. Il-gandlier ikun imħaffer minn fuq biex titwaqqaf xemgħa fih. Matul is-sena, fuq il-prima ta' kull artal, ikun hemm sitt gandlieri, flimkien mas-salib tan-nofs iżda dawn jistgħu jiżdiedu jew jonqsu skont l-armar li jkun irid jiġi addattat għal dik il-festa partikolari. Minn dawn jista' jkun hemm settijiet maħduma minn materjal differenti li jintramaw skont il-festa liturġika li tkun qed tiġi ċċelebrata.