- Ingliż green
- Grammatika nom maskili
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
- Ħajr Raggio (2013)
Definizzjoni
Dan huwa l-kulur ferjali (li jintuża fil-ġranet ordinarji), meta ma jkunx hemm festi tal-qaddisin u lanqas dawk relatati mal-ħajja ta' Kristu. L-aktar żminijiet komuni li jintuża huwa bejn il-Milied u Ras ir-Randan u mill-Għid il-Ħamsin sa qabel l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Il-qassis jilbes pjaneta ħadra f'dawn iż-żminijiet.