kalzetta

  • Ingliż nylon socks
  • Grammatika nom femminili
  • Plural kalzetti
  • Varjant kalzetta tan-najlon
  • Qasam Bizzilla

Definizzjoni

Meta nieqfu naħdmu l-bizzilla jkollna bżonn norbtuha biex, jekk taqa’, iċ-ċombini ma jitħabblux. Kalzetta tan-najlon tan-nisa hija tajba ħafna għal dan l-għan għax tissikka biżżejjed.