borma

  • Ingliż pot
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa

Definizzjoni

Tintuża fil-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Ġeneralment tkun moħbija iżda hemm min iħalliha tidher. Din issir b'ħafna materjal imħallat flimkien sabiex tfewwaħ l-ambjent tal-wirja. Riċetta tipika ta' din il-borma skont Joseph Falzon (età: 68 sena, mill-Mosta): erba' jew ħames larinġiet tal-bakkaljaw, erba' jew ħames lumijiet, imsiemer tal-qronfol imdaħħal fil-larinġ, kosbor, bastun kannella, bużbież, balzmu, inbid aħmar, ilma żahar, weraq tar-rand kif ukoll taħlita apposta li tinxtara. Din hija r-riċetta bażika tal-borma iżda wieħed jista' jżid jew inaqqas xi affarijiet skont il-gosti tiegħu. Il-metodu huwa wieħed sempliċi - titfa' kollox ġo borma u tħalli kollox jagħli għal ftit minuti. Wara tħallih itektek.