- Ingliż the seven visits / the seven churches visits
- Grammatika frażi
- Varjant is-seba' visti
- Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa
- Ħajr Debono (2014)
Definizzjoni
Dawn isiru f'Ħamis ix-Xirka tard filgħaxija u anke fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Dawn il-visti li jkunu organizzati minn diversi fratellanzi u għaqdiet jitmexxew minn qassis, li bis-salib tal-Via Sagra u żewġ lanterni jimxu u jmorru minn knisja għal oħra u fihom isir it-talb u l-qari mill-Evanġelji.