Mal-Kliem li Jaqa’

Mal-Kliem li Jaqa’
Webinar dwar il-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fl-Intermedju u l-Avvanzat

Webinar pubbliku biż-Zoom, miftuħ għal kulħadd, imma maħsub l-aktar għal-letturi u l-għalliema kollha fil-livell postsekondarju organizzat mid-Dipartimenti tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università u l-Junior College biex jiddiskutu s-suġġetti tal-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabi l-ġodda tal-Malti fil-Livell Intermedju u Avvanzat.

Preżentazzjonijiet minn David Agius Muscat (l-oral u t-taħriġ il-fehem), David Aloisio (il-poeżija ta’ Oliver Friggieri). Prof. Albert Borg u l-Prof. Manwel Mifsud (il-komponenti kostitwenti tal-Malti), Dr Michael Spagnol u Dwayne Ellul (is-Semantika), Leanne Ellul (in-novelli ta’ Trevor Żahra), Dr George Farrugia (il-lingwa ġenerali), Dr Marco Galea (Karnival), Joseph Vella u Prof. Adrian Grima (Ħelsien), u Dr Immanuel Mifsud (il-poeżija ta’ Simone Galea).
L-isem tal-webinar, “Mal-kliem li jaqa’,” ittieħed minn poeżija ta’ Simone Galea, “Jekk tħobbni, niktiblek poeżija,” li tinsab fil-ġabra tagħha, Xi Drabi Mqar Persuna (2011).
Il-webinar hu kkoordinat mis-Sa Clare Azzopardi u mill-Prof. Adrian Grima.

Ara Aktar