Appuntamenti mar-Riċerka: ir-raba’ konferenza annwali

Is-Sibt 31 ta' Mejju 2025 saret ir-raba' konferenza annwali tal-istudenti postgradwatorji tal-Malti li fiha tliet dottorandi u tliet studenti tal-Masters ippreżentaw parti mir-riċerka tagħhom. 

Il-konferenza saret fl-Aula Magna tal-Valletta Campus u ġiet organizzata minn Justine Somerville u Kirsty Azzopardi, assistenti letturi fid-Dipartiment tal-Malti, li jmexxu s-sensiela ta’ seminars postgradwatorji magħrufa bħala Appuntamenti mar-Riċerka.

Fl-ewwel parti tal-konferenza, Anthea Enriquez għamlet intervent bl-isem “Eva: tentufiet dwar it-tentatriċi;” Daniel Bezzina ta preżentazzjoni fuq it-teżi tal-Masters li għadu kemm temm bl-isem “Il-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin;” u Lara Stagno tkellmet fuq it-teżi tagħha “L-illokuzzjoni u l-perlokuzzjoni fil-poeżija ta' Nadia Mifsud.”

Fit-tieni parti tal-konferenza, għamlu l-preżentazzjonijiet tagħhom tliet dottorandi mid-Dipartiment tal-Malti. L-intervent ta’ Thomas Pace kien fuq “Il-lingwa ċara: niktbu biex niftiehmu;” Beverly Agius għamlet preżentazzjoni fuq “Achille Mizzi: ritorn/elli fil-mit tal-oriġini;” u Kirsty Azzopardi ddiskutiet “Il-ġrajjiet taċ-ċaqliq: l-għeruq li jrabbu fil-Malti.”

Is-seminars tal-Appuntamenti mar-Riċerka, li issa ilhom għaddejjin erba' snin, isiru regolarment matul is-sena akkademika u jinkludu sessjonijiet separati u konġunti għal dawk li qed jistudjaw il-lingwa u dawk li qed jistudjaw il-letteratura, fosthom irtir tal-kitba ta’ ġurnata. Fil-konferenzi annwali jsiru preżentazzjonijiet tar-riċerka mill-istudenti biss f’ambjent ta’ diskussjoni kostruttiva bejn l-istudenti u l-letturi tad-Dipartiment tal-Malti u dipartimenti jew istituti oħrajn.

 

On Saturday 31 May 2025, the Department of Maltese in the Faculty of Arts hosted the fourth annual conference of the postgraduate seminar series called Appuntamenti mar-Riċerka in which three Masters and three doctoral students presented part of their research.

The conference was held in the Aula Magna of the Valletta Campus and was organised by Ms Justine Somerville and Ms Kirsty Azzopardi, assistant lecturers within the Department of Maltese, who also coordinate the Appuntamenti mar-Riċerka.

In the first part of the conference, Anthea Enriquez spoke about the biblical figure Eve in her presentation entitled “Eva: tentufiet dwar it-tentatriċi.” She was followed by Daniel Bezzina who gave a presentation about his Masters thesis, “Il-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin.” The third speaker was Lara Stagno who discussed her Masters thesis “L-illokuzzjoni u l-perlokuzzjoni fil-poeżija ta' Nadia Mifsud.”

In the second part of the conference, there were presentations by three doctoral students from the Department of Maltese. Thomas Pace spoke about clear language in his talk on “Il-lingwa ċara: niktbu biex niftiehmu.” He was followed by Beverly Agius who gave a presentation entitled "Achille Mizzi: ritorn/elli fil-mit tal-oriġini;" and by Kirsty Azzopardi, who spoke about motion verbs in a talk on “Il-ġrajjiet taċ-ċaqliq: l-għeruq li jrabbu fil-Malti.”

The postgraduate seminars of the Department of Maltese, which have now been going on for the past four years, are held regularly during the academic year and feature both separate and combined sessions for students who are working on language and literature, including a full day writing retreat. In the annual conference, postgraduate students are invited to make presentations of their work in an environment of constructive discussion with their peers and lecturers from the Department of Maltese and other departments and institutes.

 

Skopri Aktar