Kors ġdid għall-ħaddiema tal-merċa

Bil-ħsieb li jkompli jifrex it-tagħlim tal-Malti fil-komunità, id-Dipartiment tal-Malti daħal fi ftehim mal-Maypole biex joffri kors fil-Malti bażiku għall-impjegati barranin li jaħdmu fil-ħwienet ta' din il-kumpanija mferrxin madwar Malta u Għawdex.

Fid-diskorsi tat-tnedija, li saret fl-4 ta' Ġunju 2025 fl-Università l-Qadima, intwera kemm il-lingwa hija fattur importanti li bih l-impjegati barranin jintegraw aktar fostna u jħossuhom parti mis-soċjetà Maltija. Għat-tnedija attendew il-Prof. Simon Fabri, il-Prorettur tar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien; il-Prof. Dominic Fenech, id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti; il-Prof. Adrian Grima, il-Kap tad-Dipartiment; il-Prof. Michael Spagnol, membru tad-Dipartiment; is-Sur Bastjan Debono, Direttur tal-Maypole; u s-Sur Dwayne Ellul, assistent lettur li qed jikkordina dan il-kors f'isem id-Dipartiment. Attendew ukoll il-letturi li ħejjew ir-riżorsi diġitali għat-tagħlim u li se jgħallmu dawn il-lezzjonijiet, kif ukoll membri tal-amministrazzjoni tal-Università li jappoġġjawna fil-proċeduri loġistiċi.

L-ewwel sensiela ta' lezzjonijiet saru matul dan is-sajf. Il-parteċipanti tħarrġu fil-vokabolarju u l-frażijiet bażiċi li jeħtieġu fuq ix-xogħol biex jikkomunikaw b'mod aktar effettiv mal-klijenti Maltin tagħhom.

 

With the aim of further extending the teaching of Maltese within the community, the Department of Maltese recently entered into an agreement with Maypole to offer a course in basic Maltese for foreign employees working in the company's outlets across Malta and Gozo.

At the launch event, held on 4 June 2025 at the Valletta Campus, speakers highlighted the central role of language in helping foreign employees integrate more fully into our society and feel part of the Maltese community. The event was attended by Prof. Simon Fabri, Pro-Rector for Research and Knowledge Transfer; Prof. Dominic Fenech, Dean of the Faculty of Arts; Prof. Adrian Grima, Head of Department; Prof. Michael Spagnol, member of the Department; Mr. Bastjan Debono, Director of Maypole; and Mr. Dwayne Ellul, assistant lecturer coordinating the course on behalf of the Department. Also present were the lecturers who prepared the digital learning resources and who will be delivering the lessons, as well as members of the University administration who are supporting the logistical processes.

The first series of lessons took place over the summer. Participants were trained in essential vocabulary and basic phrases required in their workplace, enabling them to communicate more effectively with their Maltese clients.

Skopri Aktar