Konferenza Nazzjonali fuq il-Lingwa

Is-Sibt 3 ta’ Mejju 2025, bejn it-8.30 AM u s-2.30 PM, se tittella’ r-raba’ konferenza fis-sensiela Lingua-Politik. Fiha se ssir diskussjoni fuq l-ilsien Malti f’politika lingwistika nazzjonali u se jkun hemm interventi minn għadd ta’ akkademiċi u professjonisti minn oqsma differenti tal-ħajja u x-xogħol f’Malta.

Xi temi li se jiġu diskussi huma s-senjaletika u l-amministrazzjoni pubblika, il-Lingwa tas-Sinjali Maltija, it-tagħlim tal-Malti għall-impjegati barranin, u l-politika lingwistika fl-edukazzjoni. Fl-aħħar sessjoni l-udjenza se jkollha l-opportunità twassal ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għat-tfassil ta’ politika lingwistika nazzjonali li tqis il-funzjoni ċentrali tal-Malti f’oqsma ewlenin.

Il-konferenza se ssir fl-Aula Magna tal-Valletta Campus, Triq San Paw, il-Belt.

 

Ara Aktar