blat imqaċċat

  • Ingliż boulder scree
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Blat li jċedi minn sies li jkun dgħajjef minn taħt u jinġabar fi braġ l-aktar mal-kosta u l-ġnub tal-widien. Dan il-blat jidher sew fl-irdumijiet li jdawru l-Mellieħa, l-Aħrax tal-Mellieħa u Għajn Tuffieħa f’Malta, u bejn Marsalforn u Daħlet Qorrot f’Għawdex.