ċentru tal-iskart goff

  • Ingliż civic amenity site
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Post fejn in-nies jarmu għamara, saqqijiet u skart domestiku ieħor b’mod organizzat. Hawnhekk jinġabru wkoll mediċini, apparat elettroniku, skart tal-ġonna, żejt tal-magni u tat-tisjir, batteriji, xi skart tal-kostruzzjoni, żebgħa u solventi, bozoz u tubi, kif ukoll ħwejjeġ imqattgħin jew imtebbgħin.