gass tossiku

  • Ingliż toxic gas
  • Grammatika nom maskili
  • Plural gassijiet tossiċi
  • Qasam Ġeografija
  • Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija

Definizzjoni

Gass velenuż, spiss maħluq bl-attività industrijali, bħad-duħħan li joħroġ miċ-ċmieni tal-impjanti tal-enerġija (power stations) bil-ħruq ta’ fjuwils fossili jew petrokimiċi. Dawn il-gassijiet iniġġsu l-arja, ibiddlu l-klima u jistgħu joħolqu xita aċiduża.