ħarq

  • Ingliż 1. chasm/crevice 2. rill
  • Grammatika nom maskili
  • Plural ħruq
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

1. Xaqq kbir u fond fil-blat, li jinħoloq biċ-ċaqliq tettoniku, bħall-Ħarq tan-Niġes (il-Mellieħa), bl-erożjoni tal-baħar, bħall-Ħarq tal-Blata (taħt il-Baħrija), jew bit-tfellil u ċ-ċediment tal-blat, bħall-Irdum il-Maħruq (San Pawl il-Baħar). 2. Xaqq jew kanal baxx li jifforma bl-ilma ġieri fuq art ratba bħall-ħamrija jew it-tafal. Meta jiffurmaw dawn il-kanali jingħad li l-ilma jħarraq l-art.