kalanka

  • Ingliż creek, inlet
  • Grammatika nom femminili
  • Plural kalanki
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Daħla baħar aktarx dejqa u fonda mal-kosta li hija iżgħar mill-qala, bħall-Kalanka t-Tawwalija u l-Kalanka tat-Tumbrell f’Delimara u l-Kalanka tal-Patrijiet bejn il-Kalkara u x-Xgħajra. Ara wkoll daħla, qala.