- Ingliż longitude
- Grammatika nom femminili
- Plural lonġitudnijiet
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Linja vertikali immaġinarja fuq il-globu jew il-mappa tad-dinja li turi d-distanza mill-Meridjan ta’ Greenwich lejn il-Lvant jew lejn il-Punent. Din id-distanza titkejjel bil-gradi u l-minuti. Flimkien mal-latitudnijiet, il-lonġitudnijiet jgħinu biex tinsab il-pożizzjoni eżatta ta’ post.