- Ingliż Stevenson screen
- Grammatika nom maskili
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Ilqugħ f’għamla ta’ kaxxa bajda bil-persjani li jipproteġi xi strumenti tat-temp mix-xita u r-raġġi diretti tax-xemx, u li fl-istess ħin iħalli l-arja tidħol u tiċċirkola ġewwa. Fih insibu t-termometri, l-igrometru u xi strumenti oħrajn. Bis-saħħa ta’ din il-kaxxa, ivvintata minn Thomas Stevenson (1818-1887), nistgħu nagħtu t-temperatura eżatta tal-arja f’post barra u kenni mix-xemx.