- Ingliż maquis
- Grammatika nom femminili
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Ekosistema magħmula minn siġar żgħar jew imdaqqsin, bħall-ħarrub u r-rand, arbuxelli kbar, u minn xtieli xeblieka, bħall-għollieq u l-pajżana. Din l-ekosistema tikber l-aktar f’postijiet kennija bħall-ġnub u l-qigħan ta’ xi widien, fl-irdumijiet u mal-ġnub tal-għoljiet.