- Ingliż trammel net
- Grammatika nom maskili
- Plural pariti
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Xibka twila li tinżel dritta fil-baħar magħmula minn tliet xbieki fuq xulxin. Is-sufruni li jkollha mwaħħlin magħha kull ftit metri jżommuha ’l fuq u ċ-ċomb li jkun hemm marbut mal-qiegħ tagħha jżommha stirata ’l isfel bħal purtiera. Il-ħut jitħabbel ġol-malji fini tal-parit u jinqabad.