- Ingliż upper coralline limestone
- Grammatika nom maskili
- Qasam Ġeografija
Definizzjoni
Is-saff kalkarju tal-gżejjer Maltin li fforma l-aħħar, magħmul minn blat iebes li jintuża fl-industrija tal-bini għall-produzzjoni taż-żrar u r-ramel. Jifforma rdumijiet u wesgħat kbar ta’ xagħri. Il-qawwi ta’ fuq fih saffi sekondarji iktar dgħajfin imsejħa 'tas-sekonda'.
