tafal

  • Ingliż blue clay
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Blat artab ta’ lewn griż ċar li jiskura meta jixxarrab. Jitfarrak malajr, jiżżerżaq ’l isfel u jgħatti l-blata ta’ taħtu. Huwa l-uniku saff ta’ blat impermeabbli fil-gżejjer Maltin u għalhekk, fil-blat ta’ fuqu tinġema’ ħażna naturali ta’ ilma (il-ħażna ta’ fuq it-tafal) li minnha joħorġu għadd ta’ nixxigħat ta’ ilma ġieri.