Korp Eżekuttiv Reġjonali

  • Grammatika nom maskili
  • Varjant KER
  • Qasam Mużew

Definizzjoni

Kumitat li jgħin lis-Superjur Reġjonali jew lis-Superjur Ġenerali (fil-każ ta' Malta) fl-amministrazzjoni tas-soċjetà. Dan il-kumitat jiġi elett kull ħames snin minn fost il-kapitolari ta' xi reġjun partikolari waqt kapitlu reġjonali. Hu magħmul minn tnax-il membru u jippresidih il-Primarju. S'issa fis-soċjetà hawn tnejn minn dawn il-kumitati: dak ta' Malta u dak tal-Awstralja li jissejjaħ Regional Council for Australia (qos. RCA).